Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex joqgħod attent minn scams li qegħdin isiru permezz ta’ telefonati qarrieqa minn numri ta’ telefowns ċellulari ‘lokali’ (spoofed).
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li min qiegħed iċempel qed jintroduċi ruħu taparsi li huwa xi uffiċjal tal-Pulizija, imbgħad jagħmel numru ta’ domandi. Wara jitlob dettalji personali, fosthom l-indirizz tal-email sabiex min qed jirċievi t-telefonata jagħmel appuntament ma’ uffiċjal tal-Pulizija.
Il-Korp tal-Pulizija għalhekk qiegħed javża lill-pubbliku sabiex jinjora dawn it-telefonati u l-importanti ma jagħtix informazzjoni lil min qiegħed iċempel.
Kull min għandu xi dubju jista’ jivverifika direttament il-leġittimità tat-telefonata billi jċempel fuq in-numru tal-Crime Stop, il-119.
//= $special ?>

