Lokali

“Iż-żgħażagħ jridu min verament jifimhom u jagħti kashom” – Alex Borg

Fl-Universita’ ta’ Malta, l-istudenti jidhru interessati ferm dwar il-proposta tal-Kap tal-PN biex l-istipendji jiżdiedu b’25%.

Hawn, Alex Borg tkellem mal-istudenti infushom dwar l-ambizzjonijiet, il-ħidma universitarja tagħhom, l-aspirazzjonijiet, iżda wkoll id-diversi sfidi u x-xewqat li jixtiequ jaraw li jitwettqu.

Huma ma kelmuhx biss dwar kwistjonijiet li qed jaffaċċjaw, iżda wkoll il-problemi tal-ġenituri tagħhom, ħuthom, il-maħbubin tagħhom u sħabhom.

Studenti tal-mediċina kellmu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista proprju dwar il-proposti fis-settur tas-saħħa fosthom sptar ġdid f’Għawdex, wegħda li amminsitrazzjoni Laburista issa ilha tagħmel 13-il sena, mediċini tal-kanċer kollha kemm huma b’xejn, u stipendju għall-istudenti tal-mediċina li jilħaq il-livell tal-paga minima. 

Matul din iż-żjara żar ukoll l-Uffiċċju tal-Kunsill Studenti Universitarji kif ukoll l-uffiċċju tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Freehour. Alex Borg mhux biss iltaqa’ mal-istudenti, iżda ma’ diversi ħaddiema li jaħdmu fl-Università ta’ Malta fejn iddedika wkoll ħin sabiex jitkellem u jisma’ l-ħsibijiet u s-suġġerimenti tagħhom.

Diversi żgħażagħ urew sentiment u għatx qawwi ta’ nifs ġdid, sabiex jaraw u jgħixu f’Malta li jixtiequ – pajjiż li jagħtihom is-serħan il-moħħ – ambjent li jixraqilhom, inqas traffiku u aktar mobbiltà, aktar attenzjoni fuq is-saħħa mentali u sussegwentament inqas ansjetà – paġna ġdida li toffri tama u kuraġġ.

Għal din iż-żjara, il-Kap tal-PN kien akkumpanjat mill-kandidati Joseph Grech, Bernice Bonello, Marielna Gauci u Eve Borg Bonello.

Ritratti: Martin Agius