Matul il-jum tal-Ġimgħa pajjiżna se jkun qed jiċċelebra Jum il-Ħaddiem, hekk kif mill-ħamsa ta’ filgħaxija ‘l quddiem se jingħata bidu għall-mass rally tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Nifs Ġdid’ – attività ħdejn it-torri ta’ Ħal Lija.
Dan il-mass rally se jkun indirizzat minn numru ta’ kelliema u se jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Kap tal-Partit.
F’kummenti ma’ Net News is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello qal li dan il-mass rally se jkun ta’ nifs ġdid għall-ħaddiema hekk kif il-Partit Nazzjonalista dejjem fassal il-politika tiegħu fl-interess tal-ħaddiema.
Apparti minn hekk, Charles Bonello tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-jum għaliex il-ħaddiema huma l-akbar riżors li għandna f’pajjiżna.
Huwa spjega wkoll li Gvern ġdid Nazzjonalista jkompli jġib niċeċ ekonomiċi ġodda f’pajjiżna għaliex fil-passat il-Partit Nazzjonalista kien il-Gvern li xpruna s-settur tal-gaming, tal-farmaċewtika, tal-avjazzjoni fost numru ta’ setturi oħra.
Il-mass rally li se jsir f’Ħal Lija se jibda għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħaxija u huwa parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>

