F’nofs kampanja elettorali, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjan kontroversjali li se jwassal biex tinbena blokka ta’ 22 appartament b’20 garaxx taħt l-art – fil-buffer zone tat-tempji tal-Ġgantija, fix-Xagħra, Għawdex .
Il-Ħamis, Il-Bord tal-Ippjanar ivvota 10 favur u 1 kontra għall-dan il-proġett. L-applikazzjoni kienet diġà ġiet approvata fl-2023, iżda ġiet revokata wara appell li talab valutazzjoni tal-Impatt fuq il-wirt. Din l-evalwazzjoni tlestiet f’Frar mis-Superintendenza tal-Wirt Kulturali, li aktar tard qalet li ma kellhiex oġġezzjonijiet wara li ġew sottomessi pjanijiet riveduti.
F’aritklu li ġie ppubblikat mill-ġurnal Times of Malta, ssemma kif Il-kap tal-Bord tal-Ippjanar Emanuel Camilleri qal li l-proġett ġie emendat skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni qabel ma saret il-votazzjoni. Madankollu, ir-rappreżentant tal-NGO Romano Cassar ivvota kontra, u argumenta li l-iżvilupp huwa viċin wisq tas-sit u li l-Heritage Impact Assessment jikkonsisti għadd ta’ kontradizzjonijiet.
//= $special ?>

