L-ewwel każ ta’ elettronic tagging daħal fis-seħħ, biex jiġi mmonitorjat il-moviment ta’ żewġ persuni li ngħataw sentenza konġunta ta’ ħames snin ħabs fuq serq u li issa ngħataw il-ħelsien mill-arrest.
Nicky Falzon ta’ 27 sena u Daniela Spiteri ta’ 43 sena nstabu ħatja li serqu diversi oġġetti, fosthom basktijiet u mowbajl. Falzon ingħata sentejn ħabs, filwaqt li Spiteri ingħatat tliet snin.
Il-qorti ddeċidiet li, minkejja l-akkużi serji u l-passat tagħhom, il-libertà għandha tibqa’ r-regolata sakemm ma jkunx hemm riskji ċari li jistgħu jerġgħu jwettqu reat.
Fil-qorti ntqal li Falzon ġab ruħu tajjeb fil-ħabs u rriżulta negattiv għad-droga sa mid-dħul tiegħu f’Settembru 2025. Xhud offra wkoll akkomodazzjoni u impjieg, bil-kundizzjoni li jkompli jġib ruħu tajjeb. Min-naħa tagħha, il-qorti nnutat li Spiteri qed tipprova tneħħi l-vizzju tad-droga u trid tibda programm ta’ riabilitazzjoni.
Għalhekk, it-tnejn ingħataw il-ħelsien mill-arrest b’kundizzjonij ta’ depożitu ta’ €1,000, garanzija ta’ €5,000 u rinkażar kull lejl. Barra minn hekk, iridu jilbsu l-elettronic tagging biex jiġi żgurat li josservaw ir-regoli u ma jersqux lejn il-vittma.
Il-qorti wissiet li jekk jiksru dawn il-kundizzjonijiet, jistgħu jitilfu l-garanzija u jerġgħu jiġu arrestati.
//= $special ?>

