Lokali

L-IĠM tikkundanna kumment sessist kontra ġurnalista ta’ Net News

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ħarġet tikkundanna kumment sessist fil-konfront ta’ ġurnalista ta’ NetNews.

Fl-istqarrija, l-IĠM spjegat li l-ġurnalisti qed jagħmlu xogħolhom u li għandhom id-dritt jagħmlu dan mingħajr ma jkunu attakkati jew mgħajra b’kummenti degredanti, irrelevanti għal liema media house huma jaħdmu.

Fil-fatt, l-IĠM spjegaw li l-kumment li ddikjara li l-ġurnalista ta’ NetNews aħjar kienet taħdem fuq il-pjattaforma OnlyFans minflok f’kamra tal-aħbarijiet.

L-IĠM spjegat li kampanja elettorali mhux “free pass” għal abbuż. U minkejja li wieħed jista’ ma jaqbilx mal-ġurnalist, l-ebda mara ma kellha tkun attakkata billi tiġi minimizzata b’ġisimha.