Lokali Qorti

Liberat mill-akkużi kollha marbuta mal-qtil f’Marsalforn

Maher Aljasem ġie lliberat mill-akkużi kollha li kienu miġjuba kontrih b’rabta mal-qtil ta’ Fawez Najem.

Wara deliberazzjoni li damet madwar ħames sigħat, il-ġurati rritornaw fl-awla u ddeċidew b’maġġoranza ta’ 8 kontra 1 li Aljasem mhuwiex ħati tal-akkuża ta’ omiċidju volontarju.

Fir-rigward tat-tliet akkużi l-oħra – jiġifieri l-offiża volontarja fuq il-persuna, il-pussess ta’ arma bil-ponta mingħajr permess, u l-ksur tal-paċi pubblika, il-ġurati sabuh mhux ħati.

Il-każ imur lura għas-7 ta’ Mejju 2022, meta f’Marsalforn, kien inqala’ argument li kompla jeskala f’appartament. Il-vittma miet kawża ta’ daqqa ta’ sikkina f’qalbu.

L-avukat Peter Fenech deher għal Maher Aljasem, flimkien ma’ Amy Zahra u Elena Fenech.