Waqt l-attività tal-PN fil-Għargħur, tkellmu l-kandidati tad-disa’ distrett, fejn qasmu l-ideat tagħhom u ddjagolaw flimkien.
Il-kandidata fuq id-disa’ distrett Graziella Attard Previ bdiet billi irringrazzjat lir-residenti ta’ Ħal Għargur talli selfuha l-fiduċja fl-elezzjoni li għaddiet, u stqarret li l-ħidma tagħha ma waqfet qatt, speċjalment fuq l-ugwaljanza u opportunitajiet indaqs għal kulllħadd. Hi kompliet tgħid li l-ugwaljanza hija waħda mill-iżjed pillastri importanti għall-Partit Nazzjonalista.

Graham Bencini, kandidat ieħor fuq id-disa’ distrett tkellem fuq d-disonestà tal-Gvern Laburista matul dawn l-aħħar 13-il sena. Bencini stqarr li minkejja l-ħafna riklamar tal-Labour, il-fatti juru li 100,000 ruħ li jinsabu f’riskju tal-faqar, u apparti minnhekk il-kwalita ta’ ħajja tal-Maltin dejjem tonqos, fosthom minħabba t-traffiku u t-tniġġis eseġerat li hawn fl-arja. Ikkonkluda billi qal li wasal il-mument biex nagħżlu nifs ġdid għall-pajjiżna, billi nagħżlu lil Alex Borg u l-Partit Nazzjonalista, mimli ideat u enerġija.

Il-kandidata żgħażugħa Eve Borg Bonello, stqarret li kien l-akbar unur ta’ ħajjitha li rrapreżentat lill-poplu Malti taħt l-isem tal-Partit Nazzjonalista fil-parlament. Borg Bonello tkellmet fuq il-ħidma bla waqfien tagħha u l-PN f’dawn l-aħħar 4 snin, u stqarret li issa wasal żmien li l-PN jieħu l-Gvern f’idejħ u jagħmel il-vera ġid għall-pajjiżna.

Albert Buttigieg, ikkritika l-islogan tal-Partit Laburista, fejn qal li ħafna Maltin jixtiequ jaraw li l-ambjent ma jkunx biss fuq il-billboards, pero jkun suġġett ta’ deċiżjonijiet serji. Buttigieg qal taħt Gvern Nazzjonalista, naffrontaw il-problema tat-traffiku b’serjetà biex naraw li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u Għawdxin. Huwa kkonkluda li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun vuċi assertiva għall-politikà tal-ħafna, u mhux tal-ftit tal-qalba.

Il-kandidata ġdida fuq id-disa’ distrett Marilena Gauci, tkellmet fuq is-sens ta’ komunita’ li hemm f’ Ħal Għargur, u kif hija r-responsabbilta’ tal-Partit Nazzjonalista li naħdmu biex dan is-sens jibqa’ ħaj, u mhux jintilef minħabba l-inċertezza tal-Labour. Gauci kkonkludiet billi qalet li l-PN se jagħti nifs ġdid għall-pajjiżna, billi nżommu fiċ-ċentru lill-ħaddiema, pensjonanti, żgħażagħ, professjonisti, ġenituri u l-poplu Malti kollhu.

Beppe Fenech Adami, beda billi sellem l-memorja ta’ Robert Arrigo u ta’ Karl Gouder, li kienu żewġ protagonisti f’ Ħal Għargur fejn dejjem żammu l-interess tar-residenti fiċ-ċentru tal-politakà tagħhom. Fenech Adami kkumpara s-suċċess ta’ Gvern Nazzjonalista fis-settur tas-saħħa, fosthom fejn bena l-isptar ta’ Mater Dei u l-Isptar Ġenerali f’Għawdex, ma l-falliment kontinwu ta’ Gvern Laburista, li seraq l-isptarijiet lill-poplu Malti.

Joe Giglio irringrazja lill-Kap tal-PN li qed iwettaq ħafna xogħol siewi u bl-enerġija żgħażugħa tiegħu qiegħed jimla l-poplu Malti b’kuraġġ għall-Malta aħjar. Giglio tkellem fuq is-sens ta’ ħidma u mpenn li għandhom il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, biex ikollna Gvern ġdid Nazzjonalista li verament jagħtu nifs ġdid lill-pajjiżna.

Jonathan Muscat, kandidat ġdid għall-Partit Nazzjonalista fuq id-disa’ distrett tkellem fuq it-tfulija tiegħu f’Ħal Għargur, u kif jgħozz il-memorji sbieħ ta’ dan ir-raħal sabiħ. Muscat tkellem fuq il-ġid imprezzabli li għamel Gvern Nazzjonalista fil-passat, u qal li Gvern Nazzjonalista ġdid se jagħti nifs ġdid lill-pajjiżna, fl-Ekonomija, saħħa u kwalità ta’ ħajja.

Noel Muscat, beda billi qal li dan huwa l-mument għal nifs ġdid, biex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar u ekonomija b’saħħitha li titfa’ ċ-ċittadin Malti fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Muscat qal li Gver Laburista abbanduna totalment il-Kunsilli Lokali, l-ambjent, iż-żgħażagħ, l-anzjani, utaħt il-gwida tal-Kap enerġetiku Alex Borg, il- Partit Nazzjonalista jerġa jagħti ħajja ġdida li dawn is-setturi.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione u kandidat fuq id-disa’ distrett, tkellem fuq l-importanza tal-vot tal-poplu Malti fit-30 ta’ Mejju. Huwa stqarr li dakinhar il-Maltin se jagħżlu l-Gvern li se jmexxi l-pajjiżna għas-snin li ġejjien, u li se jħalli l-frott għall-uliedna. Il-Viċi Kap ikkonkluda li huwa biss Gvern immexxi minnn Alex Borg li se jwettaq dan.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello tkellem li fil-ġranet li ġejjien se jkunu ħerġien numrui proposti ġodda li se jagħtu nifs ġdid lill-pajjiżna. Tkellem kif huwa importanti li nagħmlu kuragg lil xulxin u lill-poplu Malti, u li għanda dover biex nisimgħu l-poplu u nservu lill-pajjiżna. Huwa qal li l-PN jista’ jerbaħ din l-elezzjoni jekk ningħaqdu llkoll flimkien wara l-Kap u nagħmlu bidla fid-direzzjoni li hemm bżonn.

Charles Selvaggi beda billi rringrazja lill-Kap tal-PN tax-xogħol kbir li qiegħed jagħmel. Selvaggi kompla billi jgħid li n-nies huma għatxana għall-bidla. Il-kandidat fakkar fit-track-record tal-PN fis-settur tas-saħħa, filwaqt li qal li l-Partit Laburista ħalla numru ta’ sptarijiet abbandunati. Huwa tkellem ukoll fuq il-problema fuq it-traffiku, minkejja tberbiq bl-addoċċ tal-Gvern Laburista.

Julie Zahra, kandidata ġdida fuq id-disa’ distrett, tkellmet kif dejjem iġġildet favur il-patrimonju kulturali, bħar-raħal ta’ Ħal Għargur. Zahra tkellmet fuq l-importanza tal-każini tal-banda, li jagħtu ċans liż-żgħażagħ jippratikkaw strument mużikali u jżommu ‘l bogħod mill-viżji, u għal Partit Nazzjonalista dan huwa fundamentali.



