Enerġija Lokali

Wara 13-il sena fil-Gvern, il-Labour jippreżenta “konsultazzjoni” dwar is-settur tal-enerġija

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Robert Abela dalgħodu sejjaħ lil media għal attività tal-Gvern, fejn b’ħafna pompa preżenta dokument għall-konsultazzjoni dwar is-settur tal-enerġija – konsultazzjoni li se tibda issa, wara 13-il sena ta’ tmexxija Laburista.

L-event ta’ dalgħodu kienet organizzata mill-Gvern, u saret fl-eqqel ta’ kampanja elettorali.

Fiha, il-Ministru Miriam Dalli u l-Mexxej Laburista Robert Abela ftaħru dwar il-passi kbar fl-enerġija rinnovabbli. Dan meta fil-verità, il-Gvern ħalla lill-pajjiż fl-aħħar post minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE.

Dan jidher ċar fl-istatistika uffiċjali maħruġa mill-Eurostat, kif jidher hawn taħt.