Lokali

“Nifs ġdid għal pajjiżna – dan hu l-mument tagħkom” – Alex Borg

“Ejjew flimkien naghtu nifs gdid lil din Malta taghna.Malta li tant ahna nhobbu.Jien gejt il-quddiem ghax inhobb lill-Malta u Ghawdex.Nixtieq nara Malta Gawrha. Nixtieq nara Malta fejn inti tiehu Nifs Gdid.”

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta kien qed jindirizza il-Mass Rally ta’ Jum il-Ħaddiem, f’Ħal Lija.

Il-Ħaddiem bieżel, il-Ħaddiema Maltin u Għawdxin. Is-silsla ta’ dan il-Pajjiż ġawhra. 22 sena ta’ Malta u Ewropea. Dan il-baħar blu ifakkarna proprju għaliex aħna ċittadini Ewropej.

22 sena ilu Eddie Fenech Adami beda legat, storja, bdiet viżjoni. Deċiżjoni li fetħet il-bibien kollha għall-opportunitajiet li għandna llum. Deċiżjoni li tawn opportunitajiet ta’ xogħol u edukazzjoni biex nisfruttaw l-ambizzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Responsabilita ta’ 22 sena ilu qiegħda fostna llum hawnhekk għax għandna deċiżjoni x’nieħdu. rotta ta’ fejn irridu nieħdu lill-pajjiżna u proprju l-ewwel pass irridu nagħmluh fit-30 ta’ mejju li ġej fejn il-popli irid jiddeċiedi l-futur tiegħu. id-dritt tagħkom bħala pajjiż demokratiku. Id-deċiżjoni hija f’idejn il-poplu biex jieħu deċiżjoni ta’ fejn irid jieħu l-pajjiż.

Il-Prim Ministru ħabbar elezzjoni qabel żmienha. Aħna mill-ewwel ħriġna b’saħħitna. Kien ilni xhur ngħidilkom li jħabbarha meta jħabbarha aħna se nkunu preparati. Mill-ewwel għedna x’inhuma l-prijoritajiet tal-Partit Nazzjonalista permezz tal-proposti li niedejna – proprju b’rabta mas-saħħa.

B’rabta mas-settur tas-saħħa il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif sa mill-ewwel ġurnata ta’ din l-elezzjon beda juri l-vizjoni ta’ Gvern gdid Nazzjonalista – viżjoni li tpoġġi fuq quddiem nett is-saħħa. Huwa saħaq li jemmen bis-sħiħ fis-saħħa tal-ħaddiem.

f’jum il-ħaddiem proprju fakkar fil-ħaddiema li tilfu hajjithom fuq il-post tax-xoghol fosthom iż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li li, fl-ewwel Ġmgha ta’ Kampanja beda billi ħabbar il-vizjoni tiegħu għas-settur tas-Saħħa li fih Gvern Laburista falla bil-kbir.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li Kif għamel fil-passat il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jersaq quddiem il-poplu bi proposti cari biex jgheleb l-isfidi li qed niffacjjaw f’dan is-settur tant krucjali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg tenna kif fl-ewwel ħames snin ta’ Gvern Nazzjonalista, isir investiment f’kullana ta’ sptarijiet.

Tenna li jsir investiment fl-Isptar Mater Dei b’investiment ta’ 120 miljun ewro, jinbena Sptar Gdid fit-Tramuntana ta’ Malta, ta’ 250 sodda b’investiment ta’ Eur 160 miljun; jiġi trasformat il-Paola hub fi Sptar, ta’ 250 sodda, b’investiment ta’ Eur 80 miljun; jinbedna sptar gdid f’Ghawdex, ta’ 400 sodda, b’investiment ta’ Eur 350 miljun u jsir investiment f’Health National Park, ta’ 60 sodda, b’investiment ta’ Eur 20 miljun.

Il-Kap tal-PN Alex Borg saħaq kif gvern ġdid Nazzjonalista jaċċerta li min ikun qed jistudja biex isir nurse, midwife, Tabib jew kwalunkwe vokazzjoni fis-settur tas-saħħa jirċievi stipendju ta’ 1,000 fix-xahar fix-xahar.

B’rabta mal-kwalita tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin, Alex Borg saħaq li l-mudell ekonomiku tal-Labour issarraf f’piz li ż-żgħażagħ ma jifilħux ghalih. U biex iħalsu dan il-piż, qed ikollhom jaħdmu hinijiet twal.Hawnhekk sem

Il-problemi tal-familji żgħażagħ tant irridu nsolvuhom illi ftit ġranet wara li sirt Kap tkellimt fil-Parlament fid-dibattitu dwar il-budget u għamilt il-wegħda tac-Child Trust Fund – fond ta’ 5,000 ewro lil kull wild.
Investiment li ikun jista’ jissarraf meta zaghzugh jew zaghzugha taghlaq 20 sena.

Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-partit li jsaħħaħ il-preżent u jħejji lill-pajjiż għall-futur u għalhekk wiegħed li taħt Gvern ġdid Nazzjonalista, ma jkun hemm l-ebda taxxa fuq l-ewwel €10,000 min overtime u part time.

F’Malta, 57% tal-haddiema jesperjenzaw stress fuq il-post tax-xoghol.

Dan ifisser 18% aktar mill-medja Ewropea.

Din l-istatistika hija xokkanti daqs kemm hi rejali. Stress li jibda hekk kif tohrog mid-dar u tinqabad fit-traffiku li ma jispicca qatt.

Gvern gdid Nazzjonalista joffri l-akbar assistenza sabiex jerga jrawwem kultura ta’ kuntentizza fost il-poplu Malti u jsostni mill-gdid lil haddiem Malti.

Gvern ġdid Nazzjonalista joħloq inċentiv abiex kull negozju li jintroduċi Programm ta’ Assistenza għall-Impjegati, relatata mas-saħħa mentali, ikun entitolat għal tnaqqis tat-taxxa ta’ 150% fuq dawn l-ispejjeż.

Allura, ezempju, negozju li jonfoq €10,000 fuq appoġġ għas-saħħa mentali tal-impjegati jista’ jnaqqas €15,000 mid-dħul taxxabbli tiegħu.

Alex Borg saħaq li Gvern Nazzjonalista jkun l-għadu tal-burokrazija. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hu li, kull Malti kull Maltija, kull Ghawdxi kull Ghawdxija, tahdem biex tghix u mhux tghix biex tahdem.

B’rabta mal-problema tat-traffiku f’pajjiżna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar kif Gvern Ġdid Nazzjonalista, fl-ewwel ħames snin tiegħu jibda Fl-ewwel ħames snin ta’ Gvern Nazzjonalists tibda topera u taħdem l-ewwel linja.

B’rabta mal-għoli tal-ħajja il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li l-Maltin u l-Għawdxin kollha il-paga sservihom sabiex jgħixu ħajja komda. Alex Borg saħaq li l-għoli tal-ħajja qed jaqta qalb il-ħaddiem Malti u l-koppji zgħazagħ li jixtiequ jibdew ħajja flimkien. Irrimarka kif Gvern immexxi minnu se jkun qed joffri s-soluzzjonijiet.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jisħaq, li mill-ewwel ġurnata ta’ Gvern Nazzjonalista il-bieb ta’ Kastilja ikun miftuħ għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.