Enerġija Lokali

Il-Gvern ta’ Abela se jitressaq quddiem il-Qorti Ewropea wara li rema l-potenzjal kbir ta’ pajjiżna fl-enerġija rinnovabbli

Ġurnali barranin qed jirrapportaw kif il-Gvern ta’ Robert Abela daħħal lil pajjiżna f’aktar problemi hekk kif ma laħaqx il-miri tal-enerġija rinnovabbli.

Fil-fatt, il-Kummissjoni Ewropea ressqet lill-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja bil-konsegwenza li pajjiżna se jkun qed jaffaċja proċeduri serji – tort tan-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa ta’ Abela u l-Ministri tiegħu. Dan meta pajjiżna għandu l-kapaċità illi jiġġenera enerġija minn sorsi rinnovabbli. Iżda Robert Abela għażel li ma jinvestix fil-kapaċità tal-gżejjer Maltin, u għalhekk pajjiżna mhux biss se jkun qed jaffaċċja multi, imma anke aktar konsegwenzi severi.

Huma biss tlieta l-pajjiżi li se jittieħdu passi kontrihom: Malta, il-Greċja, u l-Portugall.

Din l-istorja faqqgħet ftit sigħat biss wara li Robert Abela ħabbar konsultazzjoni pubblika dwar l-enerġija rinnovabbli f’pajjiżna, fejn irriċikla proposti bħall-offshore windfarms li ilhom imwegħdin sa mill-elezzjoni li għaddiet.

Iżda Abela għażel li ma jużax il-kapaċità kbira li għandu pajjiżna f’dan ir-rigward. U għalhekk, issa, il-Gvern tressaq quddiem il-Qorti Ewropea.