Il-Labour tilef kull kreddibiltà, speċjalment fejn jidhlu l-proposti marbutin mal-gżira Għawdxija.
Wara li l-Prim Ministru waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru Michael Falzon ħabbar li l-vjaġġi bejn Malta u Għawdex bil-Gozo Channel se jkun b’xejn għal min jaqsam bil-pass, dan l-istazzjon staqsa lill-istess Ministru kemm se tkun tiswa’ din il-proposta – fejn ħareġ evidenti li la saru costings u lanqas hemm timeline dwar meta din il-proposta se tkun implimentata.
U għalhekk naturaliment tqum il-mistoqsija tal-kreddibiltà.
Dan hekk kif l-Għawdxin ilhom snin jisimgħu bi proposti differenti minn Gvern Laburista – li kollha baqgħu fuq l-ixkaffa.
Bl-Għawdxin jibqgħu jistennew dak li ilhom snin jiġu mwegħda elezzjoni wara oħra u budget wara ieħor.
//= $special ?>

