Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista għandu viżjoni soda u ambizzjuża għall-pajjiżna” – Alex Perici Calascione

Dan kien il-messaġġ li wassal Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione meta kien qed indirizza l-Mass Rally f’Ħal Lija li saret proprju f’jum il-ħaddiema.

F’jum il-ħadddiem, Alex Perici Calascione beda billi fakkar il-memorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari iż-żagħżugħ Jean Paul Sofia u fakkar kif fil-Parlament kienu biss deputati Nazzjonalisti li vvotaw favur li ssir ġustizzja u li ddefendew lill-ħaddiema kollha.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li f’jum il-ħaddiem intennu t-twemmin tagħna bħala Partit. Dan huwa pajjiż sabiħ li dejjem jista’ jkun isbaħ. Pajjiż li kull meta kien imexxi minn Gvern Nazzjonalista dejjem laħaq livelli għolja. Kull ħaddiem kien fil-qofol tas-suċċess li laħaq pajjiżna. Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-ħaddiem jeħtieġ ikollu d-dinjita ta’ xogħlu. U stqarr li kif taħt pajjiż taħt il-Labour Il-ħaddiem mhux jgħix biex jaħdem imma jaħdem biex jgħix.

Il-Viċi Kap tenna li Gvern Laburista wiegħed li ma jkunx hawn faqar fil-pajjiż imma fir-realta għad hawn mitt elf ruħ fil-faqar jew f’riskju.

Alex Perici Calascione irrimarka li l-Partit Nazzjonalista, qed jitlob il-fiduċja tan-nies f’dan il-mument tant kruċjali għal pajjiżna.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nszzjonalista saħaq kif dak li hu tajjeb Gvern Ġdid Nazzjonalista ikomplu jibni fuq dak li tajjeb u jibdel dak li jeħtieġ li jinbidel. Alex Perici Calascione rrefera wkoll għat-traffiku f’pajjiżna li sar kważi ċajta nazzjonali, għall-isfida kontinwa tal-għoli tal-ħajja, għall-istat li jinsabu fih l-isptarijiet u l-isfaff li qed jaffaċjaw l-impossibbli kuljum. Tkellem ukoll dwar in-numru ta’ żgħażagħ dejjem jiżdied li ma jridux jibqgħu f’pajjiżna. Alex Perici Calascione tenna li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista jixraqlu unur u l-appoġġ tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Il-Partit Nazzjonalista għandu Viżjoni soda u ambizzjuża għal pajjiżna. Aħna lkoll imsejjħin biex inkunu l-atturi prinċipali.Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Temm jisħaq “Flimkien naħdmu, naslu u niktbu paġna ġdida ta’ suċċess għal Malta u Għawdex tagħna.”