Lokali

ILLUM: Il-Mass Rally tal-PN f’Ħal Lija

Fir-raba’ jum ta’ kampanja elettorali u proprju fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiċċelebra din il-festa pubblika permezz ta’ Mass Rally bit-tema ‘Nifs Ġdid’ – li ser isir mill-5:00 pm ‘il quddiem, ħdejn it-torri ta’ Ħal Lija. Din l-attivita politika hija proprju waħda mis-sensiela ta’ attivitajiet li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista bħala parti mill-kampanja elettorali.

Dan il-mass rally se jkun indirizzat minn numru ta’ kelliema u se jilħaq il-qofol tiegħu bid-diskors tal-Kap tal-Partit. Il-mass rally se jkun ta’ nifs ġdid għall-ħaddiema hekk kif il-Partit Nazzjonalista dejjem fassal il-politika tiegħu fl-interess tal-ħaddiema.

Il-Partit Nazzjonalista, iħeġġeġ lill-Partitarji Nazzjonalisti kollha sabiex jattendu bi ħġarhom għal din l-attivita politika sabiex jisimgħu id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-viżjoni ċara li għandu għal Malta u Għawdex.

Il-Mass Rally se tixxandar fuq l-istazzonijiet ta’ Net Television u Net FM.