Internazzjonali

Iva biss, tfisser IVA – Vot fil-Parlament Ewropew dwar Stupru

Vot li ttieħed fi Strasbourg fil-Palrmanent Ewropew, nhar it-Tlieta 28 ta’ April, kien milqugħ b’applaws kbir mill-MEPs preżenti. 447 minn 720 MEPs ivvutaw biex japprovaw rapport li jitlob biex ikun hemm definizzjoni komuni ta’ stupru, li jkun ċentrat biss fuq IVA biss tfisser IVA,

Stqarrija li ħarrġet wara dan il-vot storiku, qal li mill-llum ‘l quddiem meta ma jkunx hemm LE, jew nuqqas ta’ rezistenza, jew ikun hemm silenzju, jew il-kondotta sesswali li kellha l-mara qabel jew fil-preżent mhiex, dawn m’għandhomx jiddeterminaw jew ikunu interpretari bħala kunsens.

Kellhom jgħaddu għexieren ta’ snin biex fl-aħħar 27 Stati Membri jilħqu konsensus dwar x’jikkonstitwixxi stupru fil-liġi kriminali. Dan ir-riżultat inkiseb wara inizjattiva minn MEPs mifruxa mal-partit kollha bil-għan biex il-Kummissjoni Ewropea tirridefinixxi l-qafas legali.

L-għan ta’ din l-inizjattiva kien biex ikun kreat regolament ewropew uniformi li tassigura li f’relazzjonijiet sesswali, IVA, biss ifisser IVA, u li l-liġijiet dwar l-istupru fl-Unjoni Ewropea huma abbazati fuq il-prinċipju tal-kunsens, qalet Evin Incir, membru tal-Parlament Ewropew li tirraprezenta l-Partit Soċjal Demokratiku Zvediz

Il-fattur determinanti se jkun l-assenza tal-kunsens u mhux il-fatt li n-nisa jridu juru d-dbenġil u jippruvaw li kienu qalu LE.