Lokali

Mara tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun

Mara ta’ 65 sena, sofriet ġrieħi gravi wara li intlaqtet minn karozza fil-Ħamrun.

Il-Każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-18:15, fi Triq Mountbatten meta għal xi raġuni l-mara, residenti San Pawl il-Baħar, intlaqtet minn Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 41 sena minn Ħaż-Żabbar.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata
li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.