Intlaqgħet tajjeb ferm il-proposta li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li l-istudenti Universitarji jkollhom żieda ta’ 25% fl-istipendju. Proposta illi saħqu li ċertament se tkun qed tagħmel differenza tanġibbli fil-ħajja tagħhom, kemm b’rabta mal-istudji u anke minħabba l-fatt li jkunu jistgħu jġemmgħu xi ħaġa żejda.
Il-Ħamis waranofsinhar Net News tkellem ma’ numru ta’ studenti fejn staqsejna x’jixtiequ li jaraw li jinbidel fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, x’inhi l-aktar ħaġa li qed isibu bħala ostaklu minn ġurnata għal oħra.
Fil-maġġorparti tagħhom huma spjegaw li ċertament il-kriżi ta’ traffiku hija xkiel enormi għalihom iżda wkoll it-trasport pubbliku, l-ambjent u ż-żieda fil-popolazzjoni.
//= $special ?>

