Lokali

Taqbad kamra fis-Siġġiewi; Ħadd ma jweġġa’

Arkivji

Membri tal-Protezzjoni Ċivili issejħu sabiex jikkontrollow nirnien li ħakmu kamra f’għalqa fil-limiti tas-Siġġiewi.

L-inċident seħħ is-Siġġiewi għall-ħabta tas-5:50 tal-Ġimgħa filgħodu, fi Triq ta’ Karlozzu.

Net News huwa nfurmat li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Fil-post issejħu l-Pulizija flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew fit-tifi tan-nirien.

Il-pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ hekk kif għadu mhux magħuf x’wassal eżatt biex il-kamra nħakmet min-nirien.