Lokali

Vizjoni ħolistika fis-settur tas-Sahha: Screening b’xejn lill-ħaddiema kollha ta’ Malta

Kull ħaddiem f’Malta jkollu dritt għal screening regolari kemm tas-saħ-a fiżika kif ukoll mentali b’xejn imħallsa mill-istat. Dan biex il-ħaddiema jkunu iktar b’saħħithom u produttivi.

Din hi l-aħħar proposta li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, quddiem it-Torri ta’ Selmun – il-lokalita fejn se jsir il-proġett ta’ National Health Park.

Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jisħaq li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fis-settur tas-saħħa se tkun mibdnija fuq metodu ġdid… metodu ta’ servizzi ta’ kwalita u li fuq kollox jagħtu ħajja ta’ kwalita. Dan għax il-Partit Nazzjonalista jrid ikun spalla ma’ spalla mal-pazjenti.

In-National Health Park se jkun jokkupa fih 60 sodda, se joffri servizz ta’ rijabilitazzjoni fost oħrajn lill-isportivi u anka l-pazjenti li jkunu għamlu xi opperazzjoni.

Waqt konferenza tal-ahbarijiet l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar proġett iehor f’fort Campbell li se jkun open space ghall-pubbliku. Il-Parti Nazzjonalista juża dan il-forti biex jinidirzza s-saħħa mentali u jkun jista jintuza mill-pubbliku kollu biex igawdi l-identita ta’ dan il-post.

Il-kandidat ġdid tal-Partit Nazzjonalista Ray Gatt qal li se tingħata prijorita lill-prevenzjoni, u dan għandu jnaqqas il-piż minn fuq l-isptar Mater Dei. Il-Partit Nazzjonalista se jippromwovi l-active living – mhux sempliċiment tmur gym imma li tkun attiv b’mod kostanti – il-mixi flok l-użu tal-karozza fost ohrajn. Ray Gatt fakkar li 1 minn kull 10 jbagħtu mid-dijabete u ghalhekk hemm bzonn dejjem akbar ta’ prevenzjoni u mhux kura. L-obeżita hija wkoll kundizzjoni li tista tkun evitata permezz tal-prevenzjoni. Huwa spjega wkoll li dan il-Health Park se joffri servizz ta’ rijabilitazzjoni lill-persuni ta’ inqas minn 60 sena.

Il-kandidata ġdida tal-Partit Nazzjonalista Norma Camilleri li wkoll indirizzat din il-konferenza spjegat l-importanza ta’ ikel sustanzjuz. Tkellmet daw kif il-kura fi stat bikri twassal għal rizultati ferm ahjar. F’Jum il-Ħaddiem hija saħqet dwar l-impatt pozittiv li dawn il-proposti se jkollhom fuq il-ħaddiema. Tenniet li dan il-Health Park se jinbena f’zona kwieta u dan għax ambjent kalm, spazzji miftuħa, dawl naturali u s-silenju fost ohrajn jgħinu lill-pazjenti jirkupraw iktar malajr. Din hija parti essenzjali mill-kura u mhux lussu, temmet tgħid Norma Camilleri.