Ekonomija Lokali

Wara li għamel xhur jikkritika l-proposta tal-4-day-week, issa qed jipproponi sistema simili ta’ xogħol

Wara li l-Labour u Robert Abela ilhom xhur sħaħ jattakkaw dak li qal Alex Borg dwar il-4-day-week, issa l-Partit Laburista jidher li qed jikkunsidra sistema simili ferm.

Fi Pjazza Kastilja, Robert Abela propona dik li sejjaħ compressed week. Dan ifisser li Abela jrid idaħħal 40 siegħa xogħol f’erbat ijiem – b’mod kompressat. Imma dan, xorta jkun ta’ piż fuq il-ħaddiema.

Fil-proposta oriġinali, il-PN irid diskussjoni serja dwar kif – b’inqas sigħat – il-ħaddiema jkunu aktar produttivi u xorta jitħallsu l-istess paga. Xi ħaġa li bla dubju trid tibda f’fażi ta’ testing, u mhux taqbad u tiddaħħal bla konsultazzjoni.

Dwar dan kollu, il-Labour kien kritiku ferm. Anzi, kien hemm saħansitra esponenti tiegħu li kritikaw il-4-day-week. Biex issa, Robert Abela spiċċa propona sistema simili għal din.