Ekonomija Lokali

Clyde Caruana xpruna l-problema ta’ ħaddiema barranin

F’dibattitu li sar bejn Clyde Caruana u Adrian Delia, id-deputat Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Finanzi, tkellem dwar il-problema ta’ level playing field f’pajjiżna – xi ħaġa li ma teżistix meta tikkunsidra illi hawn numru ta’ negozji li jaqtgħu qalbhom japplikaw għal tender minħabba l-imġieba tal-Gvern.

Adrian Delia tkellem ukoll dwar il-ħaddiema barranin u kif kien propju Clyde Caruana li ġab splużjoni fil-popolazzjoni meta kien imexxi JobsPlus.

U staqsa fejn se jkunu qed jitqiegħdu l-eluf ta’ barranin li għandhom jiġu f’pajjiżna sabiex titwettaq il-Viżjoni 2050.

Hu nsista li jkun aktar għaqli jekk il-Gvern jara kif ristoranti tal-Maltin u l-Għawdxin jaqilgħu aktar flus kif qed jipproponi l-PN. Dan minflok iġib aktar barranin biex ikunu huma li jiftħu aktar ristoranti.

Fl-istess programm, Adrian Delia tkellem dwar id-dixxipplina fiskali. U tenna li mal-PN, in-nies se jkomplu jgawdu mill-ġid ekonomiku li joħloq Gvern ġdid.