Il-Pentagon ħabbar li l-Istati Uniti se jirtiraw 5,000 truppi mill-Ġermanja, hekk kif Donald Trump qiegħed jhedded ukoll lill-Italja u Spanja talli ma għenuħx biex tinfetaħ ir-rotta ta’ Hormuz.
Din id-deċiżjoni tal-President Donald Trump ttieħdet wara li l-kanċillier, Friedrich Merz sostna li l-Istati Uniti qieħda tkun umiljata mill-Iran fil-gwerra li għaddejja bħalissa.
Uffiċjal tal-Pentagon, li xtaq jibqa’ anonimu qal li r-retorika li saret reċentement mill-Ġermanja ma għenitx u kienet “inappropjata”
“Il-President sewwa għamel li qieħged jirreaġixxi għal dawn ir-rimarki”, qal l-uffiċjal.
Il-Pentagon ikkonferma li l-irtirar tat-truppi Amerikani mill-Ġermanja hija mistennija li sseħħ f’temp bejn sitta sa 12 il-xahar li ġejjin.
//= $special ?>

