Lokali

“Dreams of Horses huwa xhieda ta’ dedikazzjoni u karità” – Sarah Bajada

“Dreams of Horses hija xhieda ta’ karita li ssir ma’ annimali li ma sabux xorti f’ħajjithom – u li f’dan ir-razzett qed jgħixu f’ambjent seren u mimli mħabba”

Dan kien il-messaġġ ewlieni li wasslet Sarah Bajada waqt żjara li għamlet f’razzett taż-żwiemel, fix-Xagħra, Għawdex.

Mal-wasla tiagħha Sarah Bajada, iltaqgħet mas-sid ta’ dan ir-razzett, Victor Muscat li spjegalha l-ħidma li ssir f’dan il-post li joffri kemm esperjenzi edukattivi kif ukoll terapewtiċi permezz tal-annimali.

Dreams of Horses Farm huwa santwarju għal żwiemel salvati u annimali domestiċi oħrajn li kienu jeħtieġu kura u riabilitazzjoni, u li llum qed jgħixu f’ambjent sigur. L-annimali jinkludu fost l-oħrajn klieb, tiġieġ u papri, ħmir fost ħafna oħrajn.

Dan ir-razzett joffri numru ta’ programmi għal individwi u gruppi differenti. U I-missjoni tiegħu hi li individwi jiġu ispirati biec jilħqu l-ogħla potenzjal tagħhom billi jgħinu ż-żwiemel li jgħinu ż-żwiemel u dawn l-annimali li ma sabix xorti f’ħajjithom.

Min-naħa tagħha Sarah Bajada faħħret il-missjoni li għandha l-familja permezz ta’ dan ir-razzett u sostniet li inizjattivi bħala dawn huma importanti ħafna għall-komunità.

Għal din iż-żjara Sarah kienet akkumpanjata mill-Kandidati tal-PN Frank Anthony Tabone, Beppe Galea, Norma Camilleri.