Dawn huma wħud mill-istrutturi tal-LEGO li ħadem fuqhom John Cutajar, hekk kif bejn is-Sibt u l-Ħadd qed tittella’ wirja tal-istrutturi tal-LEGO fis-Soċjeta Filarmonika La Vittoria fil-Mellieħa.
Dawn l-400 struttura jinkludi karozzi, attrazzjonijiet turistiċi, kif ukoll strutturi minn serje televizivi popolari tal-kotba u l-films.

Net News kien preżenti għal din l-esebizzjoni, fejn tkellimna ma’ John Cutajar, li għandu passjoni u dedikazzjoni kbira għal dawn l-istrutturi.

Hu spjegalna illi l-ewwel struttura li ħadem fuqha kienet dik li tixbaħ l-Empire State Building, li jinsab fil-belt ta’ New York.

John Cutajar fisser kif l-aktar struttura li ħa gost jaħdem fuqha kienet dik tal-Eiffel Tower, li ħadet madwar 10,000 biċċa biex tinbena.
Intant, id-donazzjonijiet kollha minn din l-attività se jkunu qed imorru b’risq Puttinu, hekk kif il-Ħadd se jkun hemm attività fil-Pjazza tal-Mellieħa, li se tinkludi karozzi, parata mill-iScouts Parade u membri mill-Community Police, fost l-oħrajn.
//= $special ?>

