Fil-Ħames jum ta’ kampanja elettorali il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jiltaqgħa u jiddiskuti man-nies il-viżjoni tiegħu għal pajjiżna – proprju fir-Rabat Għawdex.
Fir-Rabat, Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ċentru kummerċjali, każini tal-banda u teatri mużikali fosthom it-Teatru tal-Opra Aurora u t-Teatru Astra. Fil-Belt Victoria, Alex Borg żar diversi negozji u stabbilimenti.
Il-Maltin u l-Għawdxin kollha li ltaqgħu miegħu qasmu miegħu numru ta’ sfidi li qed jaffaċċjaw fil-ħajja ta’ kuljum – fosthom dawk relatati mas-saħħa, mat-traffiku u mal-edukazzjoni tiegħu.
Min-naħa tiegħu huwa tenna li hu flimkien mal-Partit Nazzjonalista huma kommessi li jindirizzaw dawn l-isfidI permezz tal-proposti li qed ifasslu u li permezz tagħhom qed ipoġġu fiċ-ċentru l-kwalita tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdin kollha.




Kull min iltaqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalist faħħar il-proposti li qed joħroġ bihom u ferħulu kull suċċess għall-elezzjoni li se ssir fit-30 ta’ Mejju – bit-tama li kull vot verament iwassal biex Malta u Għawdex jingħataw nifs ġdid.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Kandidati tal-PN għal Għawdex, Beppe Galea, Norma Camilleri, Luke Said u Frank Anthony Tabone u s-Sindku tar-Rabat Brian Azzopardi u l-Viċi Sindku George Cassar.





