F’attività politika fiż-Żurrieq, Robert Abela baqa’ ma ndirizzax l-fatt li l-partit tiegħu ħareġ b’saħħa kbira kontra l-mediċini tal-kanċer b’xejn. Dan wara li Alex Borg – fl-aħħar jiem – ħabbar li Gvern ġdid Nazzjonalista se jagħti l-mediċini tal-kanċer kollha b’xejn. Iżda l-Partit Laburista ħareġ qatta’ bla ħabel kontra din il-proposta. Proposta li saħansitra rat l-appoġġ tal-Kamra tal-Ispiżjara.
Minn naħa l-oħra, il-Partit Laburista qed jgħid li huwa mpossibbli illi tingħata l-kura tal-kanċer kollha b’xejn, imħallsa mill-Gvern. Dikjarazzjoni li rċeviet baraxx ta’ kritika mill-poplu Malti u Għawdxi li ddeskrivew lill-Partit Laburista bħala xħieħ ma’ dawk li l-aktar għandhom bżonn għajnuna, tama u kuraġġ.
Intant, l-attività fiż-Żurrieq ġiet indirizzata siegħa u nofs tard mill-ħin li fih issejħet il-media. Bil-Mexxej Laburista jerġa’ jirrepeti dak kollu li qal aktar kmieni filgħodu.
//= $special ?>

