Lokali

Il-Labour kontra : “Ma tistgħux tagħmluha”

Hija ċara l-pożizzjoni tal-Partit Laburista: Il-Labour, ma jaqbilx mal-proposta li l-mediċini tal-kanċer jingħataw kollha mill-Gvern bla ħlas. Proposta importanti li qed iressaq Alex Borg f’din il-kampanja elettorali.

L-istqarrija xokkanti dwar il-mediċini tal-kanċer waslet mingħand il-kelliem li intbghat fuq il-PBS f’isem il-Labour, Gino Cauchi. Eks deputat Laburista li għandu snin twal ta’ esperjenza, u li kritika b’mod konvinċenti l-proposta tal-PN – fejn qal li din se toħloq rebus minħabba kwistjonijiet ta’ procurement. Bil-kelliem tal-Labour jattakka l-proposta tal-PN li jingħataw il-mediċini tal-kanċer b’xejn; kollha kemm huma, minn naħa tal-Gvern.

Dan il-kliem diġa’ ġibed kundanna kbira minn diversi persuni li qed jaffaċjaw il-marda tal-kanċer, u li f’ċertu sitwazzjonijiet iħossuhom li jkollhom jitkarrbu għal-mediċina – jew saħansitra, iħallsu għall-mediċina minn buthom.

Robert Abela minn naħa tiegħu ma ċaħadx li l-Labour ħa din il-pożizzjoni kontra. U prova jaħrab mid-domandi ta’ dan l-istazzjon.

bil-Mexxej laburista jibqa’ ma jiċħadx dak li qal Gino Cauchi – deskritt bħala offiża għal mijjiet ta’ persuni li missew jew għadhom imissu, b’xi mod jew ieħor mal-marda tal-kanċer.

Il-PN minn naħa tiegħu qed juri li għandu qalbu mal-pazjenti u dawk li qed jirċievu l-kura; u jrid li l-flus jitpoġġew fejn verament huwa meħtieġ – mhux fil-propaganda u x-xinxilli, imma fil-kura tas-saħħa.