Lokali

Il-pulizija titlob l-għajnuna tal-pubbliku dwar persuna mfittxija

Il-pulizija ħarrġet stqarrija fejn qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tinstab persuna fuq ordni tal-Maġistrat b’rabta ma’ każ li hemm għaddej fil-Qorti.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub
jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq
in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u
jiġi kwotat in-numru 25/2026.