Lokali

Konferma li Silvio Schembri u Rosianne Cutajar se jikkontestaw mingħajr l-isfida li kien se joffrilhom Roderick Galdes

L-eks Ministru Roderick Galdes ikkonferma li ħa d-deċiżjoni li ma jkomplix bil-ħidma tiegħu biex jikkontesta f’din l-elezzjoni – azzjoni li se twitti t-triq biex Silvio Schembri jiekol aktar voti bla problemi ta’ xejn. Dan filwaqt li anke għal Rosianne Cutajar se tkun ferm aktar faċli biex tiġi eletta.

Fuq il-media soċjali, Galdes tenna li fuq il-kandidatura tiegħu ntqal ħafna. “Jien tkellimt b’mod ċar, dirett u mingħajr tlaqliq, u dak li għidt jibqa’ validu u nżommu fl-intier tiegħu, partikolarment dwar dak li ġara fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit”.

Dan ifisser li Roderick Galdes mhux iċedi kelma minn dak li allega fuq l-intriċċi li saru fl-Eżekuttiv tal-Labour.