Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku b-informazzjoni addizzjonali li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi hawn taħt m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà tal-preżenza ta’ ‘cereulide’ (tossina) li tagħmel dan il-prodott mhux sikur biex jiġi kkunsmat.
‘Cereulide’ hija tossina prodotta minn ċerti tipi ta’ ‘Bacillus cereus’. ‘Cereulide’ hija reżistenti ħafna għas-sħana, li jfisser li x’aktarx ma tiġix diżattivata jew meqruda waqt it-tisjir, bl-użu ta’ ilma jagħli jew waqt il-preparazzjoni tal-ħalib tat-trabi. Jekk tiġi kkunsmata, tista’ twassal malajr għal sintomi ta’ avvelenament mill-ikel. Is-sintomi kkawżati minn din it-tossina jistgħu jinkludu dardir, rimettar u uġigħ ta’ żaqq.
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
//= $special ?>

