Iż-żieda fl-istipendji, iċ-Child Trust Fund, sistema moderna ta’ trasport tal-massa, in-National Health Park, il-bini ta’ sptarijiet ġodda.
Kollha proposti li Alex Borg qed ikompli jimbotta ‘l quddiem, u li qed jintlaqgħu tajjeb ferm min-nies f’din il-kampanja elettorali – kampanja li fi kliem il-PN se toffri nifs ġdid lil pajjiżna. Kampanja li kompliet tnissel entużjażmu fost in-nies, kif ħareġ ċar waqt il-Mass Rally li kien organizzat f’Ħal Lija fl-Ewwel ta’ Mejju.
Waqt dan il-Mass Rally, Alex Borg tkellem dwar il-proposti tas-saħħa, il-kwalità tal-ħajja, il-bżonn ta’ sistema ġdida ta’ trasport tal-massa, u proposti li se jħallu aktar flus fil-but tal-familji u l-anzjani.
Hu nsista li l-PN jibqa’ underdog f’din l-elezzjoni – iżda fi kliem Alex Borg, il-poplu kapaċi jirbaħ. Għaliex il-pajjiż qed isejħilna.
//= $special ?>
