“Prim Ministru Għawdxi biss jista’ verament jindirizza l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-Għawdxin
Dan kien il-messaġġ ewlieni li wasslu ħames kelliema li għamlu d-diskors tagħhom waqt attività politika li saret f’Għajnsielem u li matulha ġew diskussi il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għal Għawdex. Liema kelliema inkludew lil Michael Galea, Stanley Portelli, Kevin Cauchi, Talitha Buttigieg u Nicolai Vella.
B’rabta mas-saħħa, Michael Galea tkellem il-problema tas-saħħa fosthom dik tal-istigma s-supply with demand. Galea tenna li bħala awtoritajiet hemm bżonn jiġu inċentivati aktar studenti jidħlu jaħdmu f’dawn is-setturi tant kruċjali għal pajjiżna. Irrimarka kif f’Għawdex il-qasam tas-saħħa għadu lura u ssuġġerixxa għalhekk li biex tittaffa tali problem f’kull skola jkun hemm psikologu residenti. Stqarr li f’Għawdex is-saħħa mentali jeħtieġ li tiġi meqjusa totalita.

Kevin Cauchi tkellem dwar it-traffiku u l-karozzi f’Għawdex u l-B’rabta mal-konnettivita bejn iż-żewġ gżejjer u tenna li l-kummerċ bejn Malta u Għawdex żdied imma l-investiment li kellu jsir ma sarx. U għalhekk il-proposta li jsir investiment fil-Port taċ-Ċirkewwa huwa l-Imġarr hija kruċjali ferm.Tenna l-importanza li jsir ukolla aktar investiment fl-infrastruttura u fit-trasport. Irridu naraw li fl-ekonomija li qed titjieb jekk aħniex nirċievu l-kwalita ta’ ħajja li neħtieġu. B’rabta mat-toroq qal li jeħtieġ li jiġu riflessi l-ħtiġijiet u fejn hu tajjeb ikompli jissaħħaħ u fejn jeħtieġ li jinbidel – issir bidla.

Iż-żagħżugħa Talitha Buttigieg tkellmet dwar l-isfidi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ Għawdxin b’rabta mal-konnettivita bejn iż-żewġ gżejjer u biex jinżlu Malta biex jistudjaw u anke jaħdmu. Stqarret li f’Għawdex hemm nuqqas ta’ postijiet ta’ divertiment u li jeħtieġ li jsir ukoll tisħiħ fix-xogħlijiet. Thalita temmet tfaħħar il-proposta ta’ grant ta’ 400 ewro lil studenti Għawdxin.

Nicolai Vella stqarr li Prim Ministru Għawdxi jista’ verament jindirizza dawn l-isfidi kollha għax hu stess affaċċja l-istess problemi. Vella Tkellem dwar in-nuqqas ta’ postijiet ta’ divertiment f’Għawdex u qal li r-realta hi li f’Għawdex m’hemmx fejn wieħed jista’ jmur. Nicolai Vella tenna li xogħlijiet f’Għawdex m’hemmx biżżejjed u li mhumiex jingħataw biżżejjed inċentivi lill-privat.Temm ifaħħar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista b’rabta mal-konnettivita – inkluż it-tisħiħ fiż-żewġ portijiet taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr u l-flotta l-ġdida ta’ vapuri. Nicolai stqarr li jħares ‘il quddiem biex jara Prim Ministru Għawdxi biex jindirizza dawn l-isfidi għaliex hu ukoll ġarrabhom.

Finalment tkellem Stanley Portelli li saħaq kif f’Għawdex sfortunatament iż-żgħażagħ sfortunatament qed jiddependu fuq ix-xogħlijiet tal-gvern. Qal li bħala alternattiva hemm gvern Nazzjonalista li qed jassigura xogħlijiet ta’ kwalita – f’oqsma bħal l-AI u l-intech. Portelli kompla jgħidx kif f’Għawdex s’issa qatt ma sar investiment ta’ sugu. Qal li xogħol ta’ kwalita mhuiex biss desk job imma jista’ jkun relatat mat-turiżmu. Stanley stqarr li ma jistax jifhem kif f’Malta u Għawdex kollox jinsab mitluq għal riħu.

Stanley Portelli rrimarka li b’investiment xieraq il-biedja u s-sajd ukoll jistgħu ikunu xogħlijiet ta’ kwalita. Huwa temm ifaħħar il-proposta ta’ fond ta’ 9 miljun ewro fit-teatru sabiex tiġi sfruttata l-kultura Għawdxija.
//= $special ?>

