Lokali

PROPOSTI PN GĦAWDEX: Sptar ġdid, it-tisħiħ tal-Port tal-Imġarr u flotta ġdida ta’ vapuri

Ritratt: Martin Agius

Sptar ġdid ta’ 400 sodda, it-tkabbir tal-Port tal-Imġarr, flotta ta’ vapuri ġodda tal-Gozo Channel u titjib tal-konnettivita bejn il-portijiet.

Dawn kienu wħud mill-proposti li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg għal Għawdex – meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarjiet quddiem l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Liema proposto se jkunu qed jindirizzaw l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-Għawdxin kollha.

Matul din il-Konferenza l-Kap tal-PN, Alex Borg tkellem fost l-oħrajn dwar kif Gvern ġdid Nazzjonalista jibni sptar ġdid f’Għawdex – l-istess sptar li Gvern Laburista kien wiegħed lil Għawdxin iżda qatt ma sar.

Fid-diskors tiegħu Alex Borg wiegħed li gvern Nazzjonalista se jkun qed iwettaq numri ta’ proposti li bħalissa huma mniżżlin fil-programm elettorali.

Liema proposti jinkludu fost oħrajn li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Belt Victoria jibqa’ miftuħ 24 siegħa kuljum, titressaq Mozzjoni fil-Parlament biex Għawdex jingħata darba għal dejjem l-istatus li jippermetti li Għawdex ikollu aċċess speċifiku għal fondi Ewropej, jitkabbar il-port tal-imġarr b’parkeġġ adegwat, issir flotta ġdida ta’ vapuri tal-Gozo Channel, b’vapur għall-passiġġieri u ieħor għall-ġarr tal-merkanzija, b’dak tal-passiġġieri jibda jaħdem fl-2029.Il-Vapuri kollha se jkollhom fihom calming room – dedikta għal persuni bl-awtiżmu u kundizzjonijiet oħrajn.

Il-Kap tal-PN wiegħed ukoll li jsir titjib titjib tal-konnettività bejn il-portijiet, fast ferry aktar komdu, jinbena l-breakwater ta’ Marsalforn, trasport pubbliku aktar effiċjenti. Gvern ġdid Nazzjonalista joħloa ukoll fond ta’ 9 miljun ewro għat-teatri u ċ-ċentri kulturali u appoġġ professjonali b’xejn u jwettaq 150km ta’ toroq arterjali u residenzjali f’medd ta’ ħames snin.

Gvern ġdid Nazzjonalista jgħolli wkoll il-grant tal-istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta għal €400 fix-xahar. Apparti minn hekk sostna wkoll kif gvern immexxi minnu jiddedika wkoll fond speċjali ta’ €2 miljuni biex jiġu ristrutturati jew mibnija b’mod sigur u modern ċentri ta’ faċilitajiet għaż-żgħażagħ.

Alex Borg kompla jtenni li Gvern immexxi minnu isaħħaħ l-operat tal-kampus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex biex joffri fih aktar korsijiet, speċjalment fl-oqsma STEAM.Finalment Gvern ġdid Nazzjonalista Noffru aktar faċilitajiet għas-settur ta’ diżabbiltà f’Għawdex, inkluż bl-estensjoni tal-iskola f’Ta’ Sannat.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm jisħaq li permezz ta’ dawn il-proposti Għawdex ma jkunx biss periferija imma parti integrali tas-sistema Maltija kollha. Stqarr li f’Għawdex għandu jkun hemm persuni li verament iħossu li l-aċċess huwa ugwali għal kulħadd. Sett ta’ proposti li permezz tagħhom verament se jkun qed jingħata nifs ġdid lil Għawdex t’għada.

Finalment irringrazzja lil Karl Buttigieg li qed imexxi l-Gozo Policy Group.

Għal din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat mill-Kandidati tal-PN għal Għawdex, Beppe Galea, Frank Anthony Tabone, Norma Camileri u Luke Said.