Lokali

Rabja fost l-attivisti: Animal Welfare Department jew kill shelter?

“Kill shelter ġibtuh dipartiment. Istħu!”

Dan kien il-kliem ta’ attivista tal-annimali li żvelat kif erbat iklieb mietu fl-Animal Welfare Department fi żmien ġimagħtejn.

Ftit jiem ilu, ix-Shadow Minister Janice Chetcuti kif ukoll l-attivista Moira Delia tkellmu dwar din il-problema.

Fil-fatt, Janice Abela Chetcuti spjegat kif fil-Parlament għamlet diversi PQs dwar x’qed jiġri mill-annimali li jinstabu mill-ambulanzi tal-Animal Welfare, issa li l-Isptar tal-Annimali ilu snin magħluq. Hija spjegat ukoll li din il-klinika lanqas għandha permess biex iżżomm l-annimali matul il-lejl, però xorta waħda qed tagħmel dan.

Dawn l-annimali qed jitpoġġew f’gaġġeġ għal tul ta’ ħin sakemm il-veterinarju jidħol fl-16:00 — sigħat twal ta’ uġigħ. Din il-klinika m’għandhiex it-testijiet neċessarji, makkinarju li jaħdem u lanqas mediċini, kompliet tgħid Janice Abela Chetcuti, kompliet tgħid Abela Chetcuti.

Temmet tgħid li kemm il-Ministru Anton Refalo kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said jafu b’dan, però ma qed jagħmlu xejn.

L-istess bħal ma hi tagħmel xejn il-Kummissarju tal-Ħarsien Xieraq tal-Annimali u issa kandidat f’isem il-Partit Laburista, Fleur Debono.

Minn naħa tagħha, Moira Delia spjegat li meta persuna ċċempel lill-Animal Welfare Department dwar kelb li jkollu bżonn l-għajnuna, dan jittieħed f’klinika. Din il-klinika tintuża mid-Dipartiment u fiha qed ikun hemm ħafna annimali li jispiċċaw imutu, fosthom qtates żgħar u klieb.

Kien għalhekk li staqsiet jekk, fid-dawl ta’ dan kollu, din il-klinika hix se tibqa’ tintuża.

Tenniet li dawn l-annimali qed ibatu u jsofru.