Tkompli tispikka l-konfużjoni fil-proposti tal-Partit Laburista, hekk kif issa Robert Abela għamel u-turn fuq il-kunċett tal-4-day week. Għalkemm huwa evidenti li l-wegħda li qed jagħmel ma toffrix l-element ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar għall-ħaddiema. Dan għaliex Abela qed jipproponi li jdeffes l-40 siegħa ta’ xogħol f’erbat ijiem – litteralment “ikkompressati” f’inqas ġranet.
B’sorsi jgħid li din il-proposta tal-Labour iddaħħlet ta’ malajr fil-Manifest tal-PL biex tipprova tħabbatha mal-proposta li qed jimbotta ‘l quddiem Alex Borg – u li ilu jitkellem dwar b’mod konsistenti, għall-ġid tal-ħaddiema u l-intrapriżi.
Intant, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, Robert Abela għażel li ma jispjegax id-dettalji tal-proposta tiegħu. U minflok, kompla bir-retorika negattiva kontra l-Kap tal-PN Alex Borg.
Abela qal biss li compressed week “kulħadd jaf xi tfisser”.
//= $special ?>

