Wara l-karba tal-kelliema ta’ qablu sabiex il-Laburisti joħorġu jivvutaw u jinsew il-preokkupazzjonijiet tagħhom – Robert Abela kompla jitkarrab għall-voti waqt rally fin-Naxxar.
Dan apparit li għat-tieni jum konsekuttiv Abela baqa’ jaħbi l-fatt li l-Labour ħareġ kontra l-proposta ta’ Alex Borg li l-mediċini tal-kanċer kollha jingħataw b’xejn, għax fi kliem il-labour stess, jinqala rebus. Liema kummenti ġabu baraxx ta’ kritika għal fatt li l-Labour rema’ miljuni kbar fid-deal tal-Isptarijiet lill-barranin.
Intant Abela reġa rrepeta l-frażi li ilu għaddej biha għal dawn l-aħħar xhur – dik li l-kbir għadu ġej.
Abela…bħal kelliema kollha ta’ qablu – reġa’ infexx jitkarrab lil dawk il-Laburisti li ma jridux jivvutaw. Waqt li surrealment qal li hu il-bidla….anke jekk issa l-Labour ilu 13-il sena fil-Gvern. Madankollu ma spjegax liema bidla hu ħa jġib fit-tmexxija tal-pajjiż…dan meta lanqas biss elenka problema waħda li l-pajjiż affaċja taħt tmexxija Laburista.
Apparti min hekk Abela tkellem wkoll fuq il-Manifest tal-Labour ta’ erba’ snin ilu – Anke jekk mal-20 fil-mija tal-istess manifest baqa’ fuq l-ixkaffa…anke minħabba l-fatt li l-Labour sejjaħ elezzjoni bikrija, sena qabel żmienha.
Robert Abela surrealment al wkoll li jekk wieħed irid jixtri l-ewwel propjeta tiegħu għandu jivvota lil-Labour – Anke wara li stħarriġ wara l-ieħor qed joħroġ biċ-ċar li l-prezz tal-propjetá huwa fost l-akbar preokkupazzjoni taż-żgħażagħ.
Abela qal wkoll li l-Partit Laburista qatt ma sab sodda mifruxa…anke jekk f’dawn l-aħħar snin rajna abbuż ta’poter kontinwu – f’propaganda kostanti inħallsa minn flus il-poplu.
Dan filwaqt li kompla bir-retorika ta’ gideb u biża fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista u l-politika tas-sussidji tal-enerġija – Peró reġa’ naqas milli jgħid lil dawk li kellu quddiemu li kien il-Ministru tal-Finanzi tiegħu stess li qal li s-sussidji mhux għal dejjem.
Kompliet tispikka l-konfużjoni fil-proposti tal-Partit Laburista, hekk kif issa Robert Abela għamel u-turn fuq il-kunċett tal-4-day week. Għalkemm huwa evidenti li l-wegħda li qed jagħmel ma toffrix l-element ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar għall-ħaddiema. Dan għaliex Abela qed jipproponi li jdeffes l-40 siegħa ta’ xogħol f’erbat ijiem – litteralment “ikkompressati” f’inqas ġranet.
Intant it-tieni kelliem f’din l-attivita Laburista kien il-Ministru Byron Camilleri – liema Ministru, l-istess bħal Attard u Abela, spiċċa infexx f’retorika ta’ biża u negattivita fil-konfront ta’ Alex Borg.
Meta tkellem fuq is-saħħa surrealment qal li l-Partit Laburista għandu l-kredibilita fis-saħħa – anke meta ħalla lill-Għawdxin bla Sptar ġdid u oħrajn mitluqa. Dan anke wara li kien l-istess Labour li daħħal lill-pajjiżna fid-deal frawdolenti mal-Vitals u Steward – b’miljuni jisfaw misruqa.
Surrealment il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta spiċċa qal li mal-Labour is-sigurta tal-poplu hija garantita; bil-Ministru jonqos milli jfakkar kif kien ressaq ir-reżenja tiegħu wara serqa ta’ kilogrammi kbar tad-droga mill-baracks tal-AFM – U ż-żieda eżorbitanti fin-numru ta’ barranin li waslu f’dan il-pajjiż minajr pjan, b’piż kontinwu fuq l-infrastruttura tal-pajjiż.
Dan fost problemi li qed jaffaċjaw bosta bin-nuqqas ta’ sigurtá fil-lokalitajiet tagħhom – Pero il-Ministru tas-Sigurta lanqas biss indirizza dawn l-isfidi.
//= $special ?>

