Lokali

“Alex Borg kapaċi jasal u qed jilħaq lin-nies” – l-editorjal tal-ILLUM

Alex Borg kien deskritt bħala politiku li kien preparat sew

Waqt il-Mass Rally tal-1 ta’ Mejju, Alex Borg ta prestrazzjoni tajba, u deher ċar li kien preparat sew.

Hekk stqarr l-editur tal-gazzetta ILLUM fl-analiżi li għamel tal-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali, fejn spejga kif iż-żewġ partiti diġa’ preżentaw diversi proposti. Iżda Alex Borg “qed juri li kapaċi jilħaq lin-nies f’din il-kampanja”.

L-editorjal janalizza dak li seħħ f’Ħal Lija meta l-Kap tal-PN indirizza l-folla preżenti.

Alex Borg kien deskritt bħala politiku li kien preparat sew, u li f’din il-kampanja “kapaċi jasal”.

“Alex Borg qed irabbi iżjed kunfidenza fl-irwol tiegħu. Il-prestazzjoni tiegħu f’Ħal Lija għandha tixprunah biex ikompli jwassal il-messaġġ b’mod li n-nies tieqaf u tisma'”.

Intant illum il-Kap tal-PN se jkun qed jindirizza Mass Rally ieħor, din id-darba f’Bormla.