Anzjana ta’ 84 sena tinsab l-isptar Mater Dei tissielet għal ħajjitha wara li ttajret minn vann fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tat-8:30, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li anzjana ta’ 84 sena residenti l-Ħamrun intlaqtet minn vann misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti r-Rabat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lil anzjna għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

