“Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li sptar għall-kura tal-annimali jkun miftuħ 24 siegħa kuljum”
Kienet din il-proposta li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt attivita tal-familja li organizzat Sarah fil-Buskett bit-tema – ‘Nifs Ġdid’.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tenna li gvern immexxi minnu jiftaħ sptar tal-annimali 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, inkluż billejl, fi tmiem il-ġimgħa u fil-festi pubbliċi. L-istess sptar li ingħalaq minn Gvern Laburista u ħoloq diffikultajiet għas-sidien tal-annimali.

Apparti minn hekk il-mixja fil-kampanja saret proprju bl-għan li toffri spazju fejn il-familji jistgħu jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, ’il bogħod mill-pressjoni u t-tensjoni tal-kampanja elettorali.
Min-naħa tagħha, Sarah, enfasizzat il-bżonn li jinħolqu mumenti ta’ mistrieħ u bilanċ fil-ħajja ta’ kuljum. Hija saħqet li inizjattivi bħal dawn jgħinu biex isaħħu r-relazzjonijiet bejn il-membri tal-familja u jrawmu sens ta’ komunità.




Għall-attività attendew ukoll dawk li għandhom pets, u b’hekk inħolqot atmosfera aktar inklussiva u ferriħija fejn kulħadd seta’ jgawdi n-natura u l-kumpanija ta’ xulxin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, flimkien ma’ Sarah ingħaqdu u tkellmu mal-familji preżenti li lkoll awgurawlu kull suċċess għall-elezzjoni li se tkun qed issir fit-30 ta’ Mejju. U faħħruh għall-proposti li qed ifassal li permezz tagħhom qed jagħti l-ogħla prijorita lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
F’din il-mixja pparteċipaw ukoll numru ta’ kandidati u uffiċjali tal-PN flimkien mal-familji tagħhom.
//= $special ?>

