Aħna għandna l-enerġija. Dan hu l-mument li int tagħti nifs ġdid lill-Malta u lil Għawdex. Serraħ rasek magħna tista’ taħdem.
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt il-Mass Rally tal-Ħadd filgħodu fil-Birgu, fejn saħaq li l-Gvern Laburista ma jiddistingwix bejn Kastilja u l-Mile-End, però taħt Gvern Nazzjonalista l-bieb ta’ Kastilja se jkun miftuħ għal kulħadd.
Quddiem folla mill-isbaħ, Alex Borg sostna li l-Partit Nazzjonalista dejjem iġġedded u hekk qed ikompli jagħmel, u huwa għalhekk li l-Partit Nazzjonalista lest biex jagħti nifs ġdid lil pajjiżna.
“Turija ċara ta’ dan huwa kif mill-ewwel ġurnata l-Partit Nazzjonalista wera li hu preparat li jasal. Mill-bidu net l-Partit Nazzjonalista beda joħroġ il-proposti, fosthom dawk tas-saħħa. Però fil-jiem li ġejjien se jkun hemm ħafna iktar proposti li jolqtu lil kulħadd inkluż il-persuni single u l-ħaddiema self-employed” – Alex Borg
Matul din il-ġimgħa l-Partit Nazzjonalista wera l-viżjoni tiegħu fis-Settur tas-Saħħa: Sptar ġdid fit-Tramuntana u f’Għawdex, investiment f’Mater Dei u n-National Health Park f’Selmun – proġett li ma hawnx bħalu f’Malta; ċentru ta’ rijabilitazzjoni u li jsaħħaħ is-saħħa mentali. Dan flimkien mal-proposta ta’ ħames snin tax break lill-professjonisti tas-saħħa li jiġu jaħdmu lura f’Malta. Partit Nazzjonalista fil-Gvern jiddiskuti wkoll pakett finanzjarju iktar b’saħħtu għall-ħaddiema f’dan is-settur.
Gvern ġdid Nazzjonalista żgur mhux se jagħlaq xi dar tal-anzjani u jħalliha magħluqa bħal ma għamel Gvern Laburista f’Bormla, wiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Quddiem folla sabiħa ta’ żgħażagħ Alex Borg fakkar fil-proposta relatata mal-istupendji li jiżdiedu b’25% lil kull student u li l-istipendji ta’ dawk li jistudjaw is-suġetti relatati mas-saħħa jitla’ viċin l-elf ewro. Dan għax il-Partit Nazzjonalista jemmen fl-edukazzjoni.
Il-ħaddiema bieżla wkoll se jkunu premjati, hekk kif Gvern ġdid Nazzjonalista jneħħi t-taxxa fuq l-ewwel 10,000 ewro ta’ over-time.
Fakkar kif il-Prim Ministru għażel proposti tal-Partit Nazzjonalista fosthom il-proposti taċ-Child Trust Fund u tal-4 day week.
L-Għawdxin għandhom tama li jkollhom Prim Ministru Gawdxi, biex Għawdex ikun prijorità l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għandu iktar minn 110 proposta għal din il-gżira.
Waqt din l-attività l-Kap tal-PN irringrazzja lil dawk l-kandidati li mhux se jikkontestaw mill-ġdid fuq din il-lokalita, deputati li temmew il-ħidma tagħhom fil-front-line, peró li l-ħidma tagħhom fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ma waqfitx.
//= $special ?>

