Lokali

Glenn Beddingfield ifaħħar il-politika tal-ikkuppjar ta’ Robert Abela

Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg ħabbar li Gvern Nazzjonalista se jkun qed jagħmel screenings ta’ mental health u anke physical health b’xejn – kollox imħallas mill-Gvern, Robert Abela litteralment għamel copy and paste ta’ din il-proposta fil-manifest elettorali tiegħu.

L-għada li Alex Borg ħabbar li se jkun qed joffri screenings b’xejn għall-ħaddiema kollha ta’ Malta u Għawdex, Abela għażel li jagħmel copy and paste ta’ din il-proposta u jħabbarha daqs li ħareġ biha hu.

Tant li Glenn Beddingfield fuq is-Super One iddikjara li ogħġbitu ħafna l-proposta ta’ Abela mingħajr ma’ semma’ li kien propju Alex Borg li ppropona dan – ħafna qabel Robert Abela.

Fuq is-Super One Beddingfield tkarrab b’saħħa sabiex in-nies joħorġu jivvotaw lill-Partit Laburista.