Lokali

“Gvern ġdid Nazzjonalista jassigura li l-anzjani kollha jgħixu b’dinjità” – Alex Borg

“L-anzjani jixraqilhom jgħixu b’dinjita. U għalhekk Gvern ġdid nazzjonalista jappoġġja bis-sħiħ id-djar tal-anzjani sabiex ikomplu jiffunzjonaw bl-aħjar mod possibbli.”

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista meta żar Villa San Lawrenz – li hija dar tal-anzjani, f’Għawdex.

Din id-dar toffri servizzi ta’ long stay u respite u tospita fi ħdanha madwar 70 anzjani. Dar San Lawrenz Ilha li nbniet min 1996 u ħames snin ilu bdiet titmexxa mill-kurja.

Mal-wasla tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista intlaqa’ mid-diriġenti ta’ din id-dar li lkoll dawwruh mas-swali fejn iltaqgħa mal-ħaddiema, il-carers u l-anzjani li lkoll irrakkontawlu wħud mill-ġrajjiet ta’ ħajjithom.

F’kummenti lil Net News, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg saħaq dwar il-viżjoni li għandu għall-anzjani, sabiex jgħixu l-aħħar żmien ta’ ħajjithom bl-aktar mod seren possibbli.

L-anzjani awguraw lil Alex Borg kull suċċess għall-elezzjoni li se ssir fit-30 ta’ Mejju. Filwaqt li faħħruh għal mod ta’ kif permezz tal-proposti li qed ifassal – qed jagħti prijorità liċ-ċittadin b’mod partikolari il-benesseri u s-saħħa tal-anzjani.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat minn Sarah u mill-Kandidati tal-PN għal Għawdex Frank Anthony Tabone, Beppe Galea, Norma Camilleri u l-Kunsillier Jeremy John Hili.