Lokali

“Il-Gvern bħal karozza milquta” – l-MEP Laburista Daniel Attard

Fost negattivita u attakki kontinwi – f’retorika ta’ biża – fil-konfront ta’ Alex Borg – l-MEP tal-labour Daniel Attard qali li “l-Gvern bħal karozza milquta”

Intant fl-ewwel diskors ta’ din l-attivita tkellem l-MEP Laburista Daniel Attard – Liema diksors negattiv iffoka fuq il-biża. Bl-MEP tal-Labour jispiċċa jattakka lil Kap tal-PN Alex Borg, f’tentattiv sabiex joħloq sens ta’ biża fil-konfront ta’ Alex Borg.

Apparti min hekk Daniel Attard spiċċa wkoll jitkarrab għall-Laburisti sabiex jivvutaw – U kompla għaddej bir-retorika ta’ negattivita fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista.

Hu spiċċa wkoll isaqsi lin-nies lil min iridu tiela’ t-taraġ tal-ajruplan lejn Brussell – Waqt li qal li Abela huwa tal-azzar.

Ankrat mal-passat, l-MEP Daniel Attard – kompla jattakka l-Alex Borg u saħansitra qal li l-Partit Nazzjonalista huwa partit estremista…waqt li qas biss semma’ proposta waħda biss li l-Labour qed joffri. Liema dikjarazzjoni surrealment tasal wara li rajna PN lest u preparat bi proposti li l-Labour stess jew jikkopja inkella jiprova jarmi…saħanistra proposta tant importanti bħal ma hi dik li l-mediċini kollha tal-kanċer jingħataw b’xejn.

Dan waqt li li reġa nfexx jitkarrab lil dawk li huma preokkupati bil-Gvern tal-lum sabiex jivvutawlhom.