Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista; fil-qalba tal-lokal jiltaqa’ man-nies u jaqsam il-viżjoni tiegħu għal Nifs Ġdid

Ma taqta xejn il-Ħidma tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li huwa mpenjat li jibni l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista minn nies għan-nies

Il-Ħadd filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla jiltaqa’ u jiddiskuti fost ir-Rabtin.

F’ġurnata mill-isbaħ huwa ltaqa’ ma’ dawk li kienu qegħdin ir-Rabat u flimkien magħhom tkellem dwar diversi temi, dan filwaqt li kompla jaqsam il-viżjoni tiegħu tal-Partit Nazzjonalista.

Minn naħa tagħhom dawk li kienu preżenti f’din il-lokalità, awgurawlu għall-ħidma kontinwa tiegħu u ferħulu għall-kampanja pożittiva li l-Partit Nazzjonalista qed joffri lill-Maltin u lill-Għawdxin, dan bi kliem ta’ kuraġġ u entużjażmu.

Alex Borg li kien akkumpanjat minn Sarah, sema’ l-isfidi u l-aspirazzjonijiet tal-familji, l-anzjani u anka tat-tfal. U għalhekk li flimkien iddiskuttew id-diversi propsti li ta’ kuljum qed iniedi l-Partit Nazzjonalista. Proposti li huma iffukati li jagħtu nifs ġdid li l-poplu tant jistħoq.

Ritratt: Joseph Galea

Fir-Rabat hu ltaqa’ ma’ diversi ħaddiema kemm fil-ħwienet kif ukoll dawk il-bejiegħa li jaħdmu l-monti, li qasmu miegħu xi diffikultajiet li jaffaċċjaw, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jwieghdom li ħa jkun spalla ma’ spalla magħhom.

Waqt din il-mixja huwa waqaf ukoll jitkellem mal-pulizija li jaħdmu fl-għassa tal-lokal fejn irringrazzjagħhom tal-ħidma tant importanti tagħhom.

Alex Borg kien akkumpanjat minn Charles Azzopardi, Rebekah Borg, Adrian Delia, Ian Vassallo, Anton Mifsud u Andrew Agius.