Lokali

Il-media Laburista tkompli xxerred fake news biex tagħti l-impressjoni li Abela żar it-trakka – wegħda li qatt ma saret!

Il-media ta’ Robert Abela baqgħet ixxerred il-fake news anke fl-eqqel ta’ kampanja elettorali. Dan hekk kif is-Super One ippubblika artiklu biex jagħti mpressjoni li Robert Abela żar it-trakka li kellha ssir f’Ħal Far – ħolma li baqgħet fuq l-ixkaffa.

Fil-fatt, taħt l-artiklu tas-Super One, in-nies mal-ewwel kixfu l-qerq tal-media laburista.

“Din kwart ta’ mil, mhux trakka”. “Dejjem fi żmien l-elezzjoni tissemma’ t-trakka”. “Trakka ċaw ċaw milli jidher”.

Kien hemm oħrajn illi spjegaw li dan mhux iċ-ċirkwit li kien wiegħed Abela 4 snin ilu.

Din ir-reazzjoni qawwija waqlet wara li tas-Super One poġġew ritratt tal-Mexxej Laburista jżur il-kwart ta’ mil f’Ħal Far – bil-media Laburista tagħżel li, apposta, tuża l-frażi “trakka ta’ Ħal Far”. Meta kull dilettant jaf li dak li ża Abela huwa l-kwart ta’ mil.