“Ma kien hemm l-ebda konverġenza mal-Gvern”
Il-Prim Ministru Robert Abela, u dawk maħtura minnu fl-Awtorità tal-Ippjanar, m’għandhomx il-kredibbiltà meħtieġa sabiex jaħdmu fuq ir-reviżjoni tal-Pjanijiet Lokali li huma ta’ beneifċċju għall-ambjent u l-pajsaġġ ta’ pajjiżna.
Dan saħqitu Ġustizzja għal Artna, għaqda kampanja magħmula mill-Moviment Graffitti, Front Żgħażagħ għall-Ambjent, Wirt Għawdex, Din l-Art Ħelwa, Ramblers’ Association of Malta, Nature Trust Malta, Għawdix, Flimkien għal-Ambjent Aħjar, Bird Life Malta u Friends of the Earth Malta – kampanja b’saħħitha li ma temminx fil-kredibbiltà ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru fil-qasam ambjentali fejn insistew li eżerċizzju bħal dan immexxi minnu u minn sħabu wisq probabli jwassal għal aktar qerda u distruzzjoni tal-ambjent.
Mhux talli ma jafdawhx, talli gidbuh hekk kif filwaqt li lill-ġurnalisti Robert Abela qalilhom li l-Gvern u l-NGOs ambjentali irnexxielhom jimxu għal aktar qbil f’numru ta’ punti b’rabta mar-riforma tal-Ippjanar, l-istess NGOs li għamel referenza għalihom Abela saħqu li dan mhux vera, li ma ntlaħaq l-ebda qbil dwar ir-riformi. Anzi, huma insistew li r-reviżjonijiet li kienu proposti ħallew riforma mhux biss perikoluża imam waħda li ma tistax tiġi salvata, riforma li ċertament ma tistax tiġi ppreżentata quddiemhom darb’oħra.
Huma saħqu li filwaqt li riċentament ippreżentaw numru ta’ proposti fost oħrajn fuq is-sospensjoni tal-appelli, il-waqfien mis-sanzjonar tal-ODZ, infurzat fuq l-illegalitajiet fost oħrajn….il-Gvern lanqas biss kellimhom lura.
Dan filwaqt li ġie spjegat li huma ferm inkwetati li l-Prim Ministru qal li se jkun qiegħed jirrevedi l-Pjanijiet Lokali minkejja jekk ma jintlaħaq l-ebda consensus.
Huma sostnew li il-Gvern flimkien mal-Mexxej tal-Awtorita tal-Ippjanar Johann Buttigieg, ippreżentaw riforma devastanti li kienet se taffettwa il-ħajja ta’ nofs miljun persuna mingħajr studju jew impact assessment…u b’hekk staqsew jekk hux din se tkun l-istess metodoloġija għar-reviżjoni.
L-għaqdiet spjegaw li riċentament il-Gvern kien qed jakkommoda f’partial reviews tal-Local Plans numru ta’ kuntratturi fosthom Tal-Franċiż f’San Ġiljan u tal-Malla fix-Xewkija…għad-detriment tal-familji.
Finalment insistew li meta Robert Abela jirreferi għall-inġustizzji u l-anomaliji…ma jkunx qiegħed jirreferi għaċ-ċittadini, familji u komunitajiet li jridu jistrieħu mill-kostruzzjoni esġaerata…imam biex ikompli jdgħajjef ir-regoli….u jkompli jibni bl-addoċċ….fost oħrajn billi jkompli jippremja lis-sostenituri tal-partit tiegħu.
//= $special ?>

