Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien kredibbli, u l-Partit Laburista dejjem kellu jammetti li l-viżjoni tal-Partit Nazzjoanalista kienet waħda koretta. U Għalhekk l-unika partit li għandu jigverna huwa l-Partit Nazzjonalista u Alex Borg għandu jkun Prim Ministru, għax hu qed joffri nifs ġdid.
Hekk sostna Ryan Callus fid-diskors tiegħu ta’ waqt il-Mass Rally f’Borma fejn elenka 7 istanzi fejn il-Partit Nazzjonalista kien kreddibli u l-Partit Laburista kellu jagħmel u-turn dwar dak li jkun qal ftit qabel.
Callus spjega kif il-Partit Nazzjonalista dejjem ivotta favur il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin għall-familja, dan b’differenza għall-Partit Laburista li issa, lejlet elezzjoni qed jitkellem favur il-work-life balance.
Diskussjoni xprunata mill-Partit Nazzjonalista dwar il-4 day week, ukoll kienet kritikata u ftit tal-jiem ilu quddiem Kastilja Robert Ablea qal li jrid jagħmel diskussjoni dwar compressed week. Mela għalfejn kritikajtu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg? staqsa Ryan Callus.
Is-saħħa dejjem kienet prijorità għall-PN, għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ħareġ b’diversi proposti għal dan is-settur li skont il-PL kienu ħa jħarbtu s-sistema tas-settur tas-saħħa, però tenna Ryan Callus, kien il-Gvern Laburista li ħarbat 400 miljun ewro. Il-kredibbiltà tal-Partit Laburista fis-settur tas-saħħa hija żero.
Istanza oħra kienet fl-2024, meta PN ressaq proposta li jagħti l-mediċina tal-kanċer b’xejn. Jo Etienne Abela kien qal li se jagħmel hekk ukoll, u issa Gino Cauchi qal li din hija impossibli. Dan mhux veru, kompla jgħid Ryan Callus.
Tkellem ukoll dwar il-vapuri tal-Gozo Channel, u għamel referenza għal proposta ta’ żewġ vapuri ġodda u kif issa lejlet elezzjoni, Rober Abela ħabbar li se jintroduċi vapuri ġodda. Dan wara li rema flus il-poplu fil-kirja tal-Vapur Nikolaos.
Dwar is-saħħa mentali, fakkar kif snin ilu l-PN, propona sptar ġdid viċin Mater Dei, issa ilbieraħ il-Prim Ministru qal li se jagħmel eżatti dan. Mela għalfejn il-Ministru Jo Etienne Abela kien qal li ma hemmx bżonn dan l-isptar u li sala f’Mater Dei kienet biżejjed?
Fl-aħħar tad-diskors tiegħu, tenna kif issa l-interconnector tant sar tajjeb li issa l-Partit Laburista se jagħmel r-4 wieħed.
//= $special ?>

