Inter aċċertaw mir-rebħ tal-21 kampjonat fl-istorja tagħhom b’rebħa ta’ 2-0 fuq Parma fi Stadio Giuseppe Meazza. MARCUS THURAM fetaħ l-iskor eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt għar-rokna wara li għeleb in-nasba tal-offside. Inter għalqu l-logħba fit-80 minuta bit-tieni gowl ta’ HENRIKH MKHITARYAN li kompla għal ġewwa wara li rċieva mingħand is-sostitut Lautaro Martinez.
Fil-Mapei Stadium, Milan sfaw megħluba minn Sassuolo 2-0 u b’hekk ma ħadux vantaġġ mid-draw ta’ Napoli s-Sibt li għadda. DOMENICO BERARDI poġġa lil Sassuolo fil-vantaġġ wara ħames minuti b’xutt fil-baxx għar-rokna. Milan kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas fl-24 minuta wara li Fikayo Tomori ntwera t-tieni karta safra. Sassuolo ma setax kellhom bidu aħjar għat-tieni taqsima bit-tieni gowl skorjat minn ARMAND LAURIENTÈ fis-47 minuta.
Juventus tilfu opportunità li jilħqu lil Milan fit-tielet post wara li kienu miżmuma 1-1 fl-Allianz Stadium minn Verona. KIERON BOWIE poġġa lil Verona fil-vantaġġ fl-34 minuta wara li rċieva ballun għan-nofs mingħand Domagoj Bradaric, kawża ta’ żball fl-impostazzjoni tal-attakk ta’ Juventus. Juventus għamlu l-iskor indaqs fit-62 minuta bi free-kick dirett tal-attakkant DUSAN VLAHOVIC li ma tax ċans lil Lorenzo Montipo.
Bologna u Cagliari spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls fi Stadio Renato Dall’Ara. Dan il-punt ikkuntenta aktar lil Cagliari hekk kif komplew joqorbu lejn is-salvazzjoni filwaqt li Bologna tilfu opportunità li jagħlqu d-distakk minn possibbiltà ta’ post fil-kompetizzjonijiet Ewropej staġun ieħor. Fost l-aħjar okkażjonijiet tal-logħba, Cagliari setgħu rebħu l-logħba fit-80 minuta iżda d-difensur Zè Pedro xeħet għoli mill-viċin.
Serie A
Il-Ġimgħa: Pisa v Lecce 1-2
Is-Sibt: Atalanta v Genoa 0-0, Como v Napoli 0-0, Udinese v Torino 2-0
Il-Ħadd: Bologna v Cagliari 0-0, Inter v Parma 2-0, Juventus v Verona 1-1, Sassuolo v Milan 2-0
It-Tnejn: Cremonese v Lazio 6.30pm, Roma v Fiorentina 8.45pm
//= $special ?>

