Formula 1 Sport

It-tielet rebħa konsekuttiva għal Antonelli

(Ritratt: EPA)

Kimi Antonelli rebaħ il-Grand Prix ta’ Miami b’wirja stupenda f’dik li kienet it-tielet rebħa konsekuttiva li permezz tagħha saħħaħ postu fil-quċċata tal-Klassifika tas-Sewwieqa. Iż-żagħżugħ ta’ Mercedes kellu jirreżisti l-pressjoni ta’ Lando Norris li baqa’ sal-aħħar dawra jipprova jikseb ir-rebħa.

F’bidu pjuttost drammatiku, Antonelli kellu pressjoni minn Max Verstappen u Charles Leclerc fl-ewwel kantuniera, l-istess kantuniera li fiha Antonelli u Verstappen blokkaw il-brejk. Imbagħad Verstappen għamel kuntatt ma’ Leclerc, bis-sewwieq ta’ Red Bull spiċċa dar dawra sħiħa bil-karozza iżda mirakolożament irnexxielu jżomm il-karozza fiċ-ċirkwit.

Sal-ewwel mumenti, Leclerc kien jinsab fuq quddiem iżda l-ewwel post inbidel diversi drabi, b’Antonelli qabeż lil Leclerc ftit wara. Norris, Oscar Piastri u Verstappen ukoll kellhom perjodu fil-quċċata, b’tal-aħħar daħal jibdel it-tyres kmieni f’mossa differenti biex ipprova jċaqlaq il-klassifika personali. Dan wara li kellha toħroġ is-Safety Car wara inċidenti separati għal Isack Hadjar ta’ Red Bull u Pierre Gasly ta’ Alpine fl-istess dawra.

Aktar ma għadda l-ħin, il-battalja saret bejn Antonelli u Norris. Is-sewwieq ta’ Mercedes irnexxielu jibqa’ kalm u qasam il-linja finali fl-ewwel post b’vantaġġ ta’ 3.264 sekondi fuq Norris. B’hekk it-Taljan sar l-ewwel sewwieq li dawwar l-ewwel tliet Pole Positions fil-karriera fi tliet rebħiet.

Piastri kiseb it-tielet post fuq il-podju fl-aħħar dawriet wara battalja ma’ Leclerc. Sussegwentament, Leclerc tilef il-kontroll tal-karozza iżda baqa’ fit-tellieqa. Madankollu sofra minn ħsarat li wassal biex inqabeż minn George Russell u Verstappen fl-aħħar ftit metri tat-tellieqa. B’hekk Russell kiseb ir-raba’ post segwit minn Verstappen u Leclerc.

Lewis Hamilton temm fis-seba’ post f’dik li kienet ġurnata kwieta għalih. Franco Colapinto fuq Alpine temm fit-tmien post segwit mill-koppja ta’ Williams magħmula minn Carlos Sainz u Alexander Albon li komplew l-ewwel għaxra.

Il-Grand Prix li jmiss issir il-Ħadd 24 ta’ Mejju fiċ-ċirkwit ta’ Montreal fil-Kanada.

Kif Spiċċaw

1. Kimi Antonelli             1:33:19.273

2. Lando Norris               +3.264s

3. Oscar Piastri               +27.092s

4. George Russell           +43.051s

5. Max Verstappen         +43.949s

6. Charles Leclerc          +44.245s

7. Lewis Hamilton          +53.753s

8. Franco Colapinto      +61.871s

9. Carlos Sainz               +82.072s

10. Alexander Albon      +90.972s

11. Oliver Bearman        + dawra

12. Gabriel Bortoleto    + dawra

13. Esteban Ocon          + dawra

14. Arvid Lindblad          + dawra

15. Fernando Alonso    + dawra

16. Sergio Perez              + dawra

17. Lance Stroll              + dawra

18. Valtteri Bottas          + 2 dawriet

Ma kklassifikawx: Nico Hulkenberg, Liam Lawson, Pierre Gasly, Isack Hadjar

Klassifika tas-Sewwieqa

1. Kimi Antonelli             100 punt

2. George Russell           80 punt

3. Charles Leclerc          63 punt

4. Lando Norris               51 punt

5. Lewis Hamilton          49 punt

6. Oscar Piastri               43 punt

7. Max Verstappen         26 punt

8. Oliver Bearman          17-il punt

9. Pierre Gasly                 16-il punt

10. Liam Lawson            10 punti

11. Franco Colapinto    5 punti

12. Arvid Lindblad          4 punti

13. Isack Hadjar             4 punti

14. Carlos Sainz             4 punti

15. Gabriel Bortoleto    2 punti

16. Esteban Ocon          punt

17. Alexander Albon      punt

18. Nico Hulkenberg     0 punti

19. Valtteri Bottas          0 punti

20. Sergio Perez              0 punti

21. Fernando Alonso    0 punti

22. Lance Stroll              0 punti

Klassifika tal-Kostrutturi

1. Mercedes                      180 punt

2. Ferrari                            112-il punt

3. McLaren                        94 punt

4. Red Bull                        30 punt

5. Alpine                            21 punt

6. Haas                              18-il punt

7. Racing Bulls                14-il punt

8. Williams                       5 punti

9. Audi                                2 punti

10. Cadillac                      0 punti

11. Aston Martin             0 punti