Lokali

Miriam Dalli ma tafx kemm se tiswina l-provvista tal-gass

Hekk kif id-deal għall-provvista tal-gass se jkun qed jiskadi f’Awwissu li ġej, il-Ministru Miriam Dalli m’għandha l-ebda idea kemm se jiswina l-prezz tal-gass.

Dan ħareġ f’intervista li saret lil Miriam Dalli mill-ġurnalist Karl Azzopardi fejn ġiet mistoqsija iswed fuq l-abjad dwar il-costings ta’ dan il-kuntratt – kuntratt li se jiskadi daqs tlett xhur oħra.

Infatti l-Ministru Miriam Dalli qalet li għadu kmieni wisq biex tiddetermina kemm se tkun qed tiswina din il-provvista; konferma li l-Gvern m’għandu ebda costings f’idejh.

Pajjiżna jinsab ftit xhur biss ‘il bogħod mill-iskandenza ta’ dan il-kuntratt għall-provvista tal-gass. U jidher li l-Gvern għad ma għandux pjan konkret dwar x’se jkun qed jiġri wara Awwissu 2026. B’Miriam Dalli tgħid li t-taħdidiet għaddejin – meta ninsabu fl-eqqel ta’ taqlib ġeo-politku enormi.